Tgħallem u ilgħab
Jekk int student tal-iskola primarja jew sekondarja, dan hu fejn issib logħob, kompetizzjonijiet u kotba ta’ attività biex jgħinuk tiskopri l-UE b’mod divertenti, fil-klassi jew id-dar. Tista’ ssir taf aktar dwar l-istudju jew il-volontarjat barra minn pajjiżek.
Għallem u kkonnettja
Jekk int għalliem u tixtieq tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem, dan huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim għall-gruppi tal-etajiet kollha. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
Bil-lingwi kollha tal-UE
Ir-Rokna tat-Tagħlim hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Agħżel il-lingwa li trid fin-naħa ta’ fuq tal-paġna.
Skopri aktar

Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.

Sib skejjel biex tingħaqad magħhom, għalliema li tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek magħhom, seminars u ħafna aktar informazzjoni pprovduta min-networks Ewropej.

Sib informazzjoni dwar skambji, boroż ta’ studju, volontarjat, traineeships, impjiegi, żjajjar fl-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
X'hemm ġdid?

F’Settembru li għadda, il-Kummissjoni Ewropea sejħet lit-tfal u lill-adolexxenti biex jimlew stħarriġ online dwar il-bullying ċibernetiku. Aktar minn 6,300 tifel u tifla ta’ bejn it-12 u s-17-il sena mill-UE kollha qasmu l-fehmiet tagħhom.

Idħol biċ-ċans li żżur il-Parlament Ewropew flimkien mal-klassi tiegħek. Il-premju jinkludi wkoll programm imfassal apposta u akkomodazzjoni għal lejl wieħed.

Mit-18 sal-24 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Ġimgħa Dinjija ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi – inizjattiva globali biex tiġi indirizzata t-theddida li dejjem qed tikber tar-reżistenza għall-antibijotiċi u għal mediċini antimikrobiċi oħra. Din il-kwistjoni tista’ taffettwa lil kulħadd u kullimkien, b’konsegwenzi serji għas-saħħa u s-soċjetà.
















