Era ġdida għad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa Ħarsa ġenerali Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mħarsin aħjar mill-perikli u aktar siguri, u li l-Ewropa jkollha l-mezzi biex iżżomm il-paċi permezz ta’ deterrenza kredibbli. Dawn l-aħħar ftit snin fakkruna bil-kbir f’kemm hija fraġli l-paċi. Taw ukoll sinjal ta’ allarm lill-Ewropa biex tara li jkollha l-mezzi biex tipproteġi ruħha u tiskoraġġixxi lill-avversarji potenzjali.Kif jaħsbuha l-Ewropej 78%taċ-ċittadini huma mħassbin dwar is-sigurtà u d-difiża tal-UE81% tal-Ewropej huma favur politika ta’ difiża u sigurtà komuni Sors: Ewrobarometru 2025 Objettivi Li nsawru unjoni Ewropea tad-difiżabiex tipproteġi lill-Unjoni Ewropea u lil nieshaLi nsaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijietbiex inkunu għal-lest biex nirreaġixxu għall-kriżijietLi ntejbu s-sigurtà internabiex nindirizzaw it-theddidiet kollha online u offlineLi nsaħħu l-fruntieri komunibiex nagħmluhom aktar siguriLi niġġestixxu l-migrazzjonib’mod ġust u sod Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029 u biex negħlbu l-isfidi tas-sigurtà u d-difiża tal-EwropaLi nsawru unjoni Ewropea tad-difiża Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma. Insaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijiet min-naħa tal-UE Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva Niggarantixxu Ewropa aktar sikura u aktar sigura Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa Li nsaħħu l-fruntieri komuni Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ Naġixxu b’mod ġust u sod fuq il-migrazzjoni Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem approċċ komuni ġdid għar-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet X’sar s’issa Segwi, interessa ruħek, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi taħt din il-prijorità Ottubru 2025Preżentazzjoni tal-pjan direzzjonali għad-Difiża biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża EwropejLulju 2025It-tnedija tal-istrateġija ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva tal-UE u l-istrateġija ta’ kontromiżuri mediċi biex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ oġġetti essenzjali u provvisti mediċi li jsalvaw il-ħajjaĠunju 2025 Il-Kummissjoni tipproponi Omnibus dwar id-Difiża biex tħaffef l-investimenti fil-qasam tad-difiża fl-UEApril 2025Il-Kummissjoni tiżvela l-ProtectEU, strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà internaMarzu 2025Il-preżentazzjoni tal-istrateġija għal unjoni ta’ preparatezza biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni u tirrispondi għal theddid emerġentiIl-Kummissjoni tiżvela l-white paper għad-difiża Ewropea u l-pjan ReArm Europe/Prontezza 2030Il-Kummissjoni tipproponi sistema Ewropea komuni ġdida għar-ritorniIl-Kummissjoni tipproponi att dwar il-mediċini kritiċi biex tagħti spinta lill-provvista tal-mediċini kritiċiUri 1 aktar oġġettiJannar 2025L-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-protezzjoni tas-settur tas-saħħa mill-attakki ċibernetiċi Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Pjan Direzzjonali ġdid biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża EwropejIl-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw pjan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej. Il-pjan direzzjonali l-ġdid tal-2030 għall-prontezza fid-Difiża jistabbilixxi għanijiet u stadji importanti biex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet, jitħaffu l-investimenti fid-difiża, u jiġi ggwidat il-progress tal-UE lejn prontezza sħiħa għad-difiża sal-2030.Sir af aktar Aħbarijiet 3 Diċembru 2025Statement by President von der Leyen at the Press conference with Commissioner Dombrovskis on addressing Ukraine's financing needs for 2026-20273 Diċembru 2025Remarks by Executive Vice-President Séjourné and Commissioner Šefčovič on the Economic Security PackageSee more news Suġġetti relatatiIl-migrazzjoni u l-ażilDifiża Ewropea aktar b’saħħithaL-industrija tad-difiża tal-UEIs-sigurtà internaIl-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedminIs-solidarjetà tal-UE mal-UkrajnaIl-protezzjoni ċivili Min hu inkarigatHenna VirkkunenViċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-DemokrazijaKaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi PresidentRoxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaAndrius KubiliusKummissarju għad-Difiża u l-IspazjuHadja LahbibKummissarju għall-Ugwaljanza; il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-KriżijietMagnus BrunnerKummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni Il-prijoritajiet l-oħrajn tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIl-ġustizzja soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma.
Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva
Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa
Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ
Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem approċċ komuni ġdid għar-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet
Pjan Direzzjonali ġdid biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża EwropejIl-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw pjan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej. Il-pjan direzzjonali l-ġdid tal-2030 għall-prontezza fid-Difiża jistabbilixxi għanijiet u stadji importanti biex jiġu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet, jitħaffu l-investimenti fid-difiża, u jiġi ggwidat il-progress tal-UE lejn prontezza sħiħa għad-difiża sal-2030.Sir af aktar
3 Diċembru 2025Statement by President von der Leyen at the Press conference with Commissioner Dombrovskis on addressing Ukraine's financing needs for 2026-2027
3 Diċembru 2025Remarks by Executive Vice-President Séjourné and Commissioner Šefčovič on the Economic Security Package
Kaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President
Roxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza