B’din il-formola tista’ tagħmel mistoqsija lil-Europe Direct Contact Centre. Dan is-servizz jipprovdi liċ-ċittadini b’informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE meta jivvjaġġaw u dwar kif għandhom jipproċedu jekk jixtiequ jressqu lment. La ċ-ċentru ta’ kuntatt u lanqas id-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea ma jittrattaw l-ilmenti. Dawn għandhom pjuttost jiġu sottomessi lill-kumpanija u/jew lill-awtorità kompetenti.